Omm tabbanduna tarbija tat-twelid f’ajruport… imma tħalli ittra

L-awtoritajiet Amerikani qed ifittxu omm suspettata li abbandunat tarbija tat-twelid fl-Ajruport internazzjoni ta’ Tucson, b’nota miktuba bl-idejn tappella, li hi trid biss dak li hu l-aħjar għalih, u li żgur mhix hi.
Lill-mara, rawha fuq il-filmati tas-sigurtà ġġorr xi ħaġa mkebba f’kutra, timxi stramb, u li hu suspettat li welldet fit-toilets tal-ajruport.
L-ajruport xandar il-filmat din il-ġimgħa, li jindika li t-tarbija ġiet abbandunata fl-14 ta’ Jannar li għadda.
In-nota tgħid hekk: “Jekk jogħġbok għinni. Ommi ma kellhiex idea li kienet tqila. Hi ma tistax tieħu ħsiebi. Jekk sibtni, għaddini għand l-awtoritajiet, biex isibuli dar tajba.
It-tarbija nstabet f’kundizzjoni tajba.
Uffiċjali tal-ajruport sabu ħwejjeġ imdemmija f’wieħed mit-toilets tal-ajruport, li hu maħsub li huma tal-mara.