Omm ta’ 5 tmut sigħat qabel iż-żwieġ

Omm ta’ ħamest itfal mietet bil-kanċer ftit sigħat qabel ma kienet se tiżżewweġ lill-maħbub tagħha.

Il-mara ta’ 32 sena kient diġà taf bil-marda li kellha, iżda kienet determinata li tiżżewweġ lill-għarus tagħha xorta waħda.

Familtha kienet kollha miġbura għat-tieġ tagħha, meta hi ssorprendiethom b’mewtha. Il-maħbub tagħha libbisha ċ-ċurkett tat-tieġ ftit mumenti wara li ħadet l-aħħar nifs.

“Kienet ħafna aktar b’saħħitha minni tul dan kollu,” qal l-għarus tagħha. “Kienet l-imħabba ta’ ħajti. Avolja ma ċċelebrajniex is-Sibt kif ippjanajna, xorta waħda se tibqa’ l-ġurnata taż-żwieġ tagħna għal dejjem,” qal l-għarus tagħha.

Tal-inqas issa qiegħda fil-paċi u m’għadhiex muġugħa, kompla jgħid.

Il-familja tal-omm jiċċelebraw ħajjitha minflok iż-żwieġ tagħha

Minkejja li qalulha li għaddielha l-kanċer ċervikali f’Mejju, ġie lura u nfirex għall-pulmun, għall-kliewi, għall-glandoli t’għonqha u għal għadamha.

Il-memorja tagħha għandha tibqa’ ħajja fil-5 uliedha, li baqgħu l-prijorità tagħha, anke tul il-marda.