Omm Russa twelled tarbija “ġgant”

Omm Russa welldet tarbija li tiżen kważi 7.8 kilogramma.
Dan ifisser aktar mid-doppju tal-medja ta’ kemm normalment jiżnu t-trabi meta jitwieldu.
L-omm għandha tmien t’ibniet u tliet subien oħra u kollha twieldu jiżnu aktar minn 5 kilogrammi.
L-omm qalet li waqt it-tqala kienet tiekol ikel normali għax hi u żewġha m’għandhomx flus biżżejjed biex jieklu ikel speċjali.
Żiedet li kemm hi u kemm żewġha baqgħu mistgħaġba meta raw it-tarbija.
Fost l-itqal trabi fid-dinja, fl-1955 kien twieled tifel fl-Italja jiżen aktar minn 10 kilogrammi. Fl-1879, fl-Istati Uniti kien twieled tifel li kien jiżen kważi 11-il kogramma. Dan tal-aħħar kien miet 11-il siegħa wara li twieled.