​Omm, missierha u binha b’mard terminali fl-istess ħin

Omm ta’ 37 sena flimkien ma’ missierha qed tieħu l-kura għall-kanċer, fl-istess ħin li binha ta’ ftit xhur qed jissielet kundizzjoni fatali.
L-Amerikani, Lucy Eliopulos u Jim Mandros għandhom kanċer f’moħħhom.
Fl-istess waqt li Lucy kienet qed tirċievi l-kura fl-isptar, binha George kien fl-istess sptar, jissielet għall-ħajtu minħabba infezzjoni respiratorja fatali. George, miet kważi tliet darbiet u ħareġ l-isptar wara xahrejn ta’ kura intensiva.
L-omm saret taf li għandha kanċer xahrejn wara t-twelid ta’ binha. Ftit xhur qabel, missierha Jim, irċieva l-aħbar li reġa’ ħariġlu l-kanċer f’moħħu wara 10 snin.
Mandros u bintu għandhom l-istess professuri.