Omm jirnexxilha tara lil uliedha permezz ta’ għajn bijonika

Omm ta’ 49 sena setgħet tara lil uliedha sewwa għall-ewwel darba hekk kif għamlet trapjant ta’ għajn bijonika.
Dan it-trapjant sar b’suċċess fi sptar f'Oxford permezz ta’ ċippa li tpoġġiet fuq wara tal-għajn ix-xullegija tal-mara.
Rhian Lewis issofri minn kundizzjoni magħrufa bħala retinitis pigmentosa u tilfet id-dawl tal-għajn ix-xellugija sa minn meta kellha ħames snin.
Fil-preżent m’hemmx kura għal din il-kundizzjoni iżda t-tobba qed jaraw kif jistgħu jiżviluppaw ċippa apposta li tikkomunika mal-moħħ b’tali mod li d-dawl tikkonvertieh fi stampi u forom bil-kulur.
L-operazzjoni tat-trapjant damet tmien sigħat u saret f’Ġunju li għadda.