Aġġornata: Omm b’tarbija tweġġa’ gravi wara li tintlaqat minn karozza

Inċident ieħor fi Vjal Santa Luċija, quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata, seta’ kellu konsegwenzi ħafna akbar wara li omm b’tarbija ta' ħames xhur intlaqtet minn karozza.
Żejtuni ta’ 29 sena, li kien nieżel fid-direzzjoni tal-Marsa, kellu impatt ma' din l-omm ta’ 32 sena minn San Ġwann li kellha tarbija f’pushchair. Il-każ seħħ fl-9.45 a.m.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-omm ittieħdet għall-kura f’Mater Dei minn tim mediku permezz ta’ ambulanza. It-tarbija ma sofriet ebda ġrieħi filwaqt li l-omm ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.
Fl-istess post saru bosta inċidenti u tqajmu diversi lmenti dwar pelican lights li ntfew ftit ġranet wara li twaħħlu. “Huwa diffiċli taqsam minn hawn bla periklu u mingħajr ma tissogra daqqa ta’ karrozza,” qaltilna persuna fuq il-post.
Ritratt: Arkivji