Omm Amerikana tapella lill-ISIS għall-aħbar dwar binha

Omm, Abdul Rahman Kassig, ostaġġ li qed jinżamm mill-ISIS, appellat sabiex ikollha aħbar dwar x’sar minn binha.
Abdul Rahman huwa l-unika wild ta’ Paula Kassig u żewġha. 
Iż-żagħżugħ, ilu jinżamm ostaġġ mill-grupp estremista, ISIS, sa minn Ottubru tas-sena li għaddiet. 
Meta nħataf, hu kien fi triqtu lejn Deir Ezzor, fis-Sirja fejn kien qed jagħmel xogħol umanitarju. 
Isem propju taż-żagħżugħ huwa Peter, iżda hu kkonverta lejn l-Islam kemm ilu miżmum ostaġġ u biddel ismu għal Abdul Rahman.