Omm akkużata bil-qtil ta’ bintha ta’ 13; tinħeles mill-arrest

Omm inħelset mill-arrest wara li kienet akkużata bil-qtil ta’ bintha ta’ 13-il sena, li nstabet mejta f’darhom.

L-omm ta’ 43 sena tressqet il-Qorti akkużata bil-qtil ta’ bintha f’Lulju f’Lanarkshire.

Iċ-ċertifikat tal-mewt tagħha wera li mietet b’infezzjoni fl-istonku tagħha, b’investigazzjonijiet juru li spoliditilha ulċera fl-intestin. Iċ-ċertifikat iffirmatu n-nanna tat-tifla.

L-omm inħelset mill-arrest sakemm għaddejjin aktar investigazzjonijiet.

L-inċident seħħ fis-26 ta’ Lulju, meta l-Pulizija rċivew telefonata ta’ emerġenza u sabu lit-tifla mejta fuq il-post.

Il-ħbieb tat-tifla mlew il-faċċata tad-dar kollha fjuri u soft toys, u kienu għadhom ixxukkjati bil-mewt ta’ ħabibthom. Huma organizzaw vġili għall-memorja tagħha wkoll.

Messaġġ ta’ ħabiba minnhom kien jgħid kif fl-ewwel ġurnata tal-iskola, iltaqgħet mat-tifla li tbissmitilha tbissima kbira u kkumplimentatha. Qalet li qatt mhi se tinsa’ lil ħabibtha.