Olqot sitt xhur b’riċetta waħda

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li pazjenti b’mard kroniku se jkollhom imorru għar-riċetti tal-mediċina darbtejn f’sena minflok kull xahrejn kif kien isir qabel.
Fearne qal li f’Malta hawn mal-150,000 persuna li jbatu minn mard kroniku u li jġibu mediċini b’xejn bis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC).
Kompla jispjega li t-tobba tal-familji se jibda jkollhom il-fakultà li jiktbu lill-pazjenti tagħhom riċetti tat-tabib ripetuti għal sitt xhur.
Il-Ministru qal li r-rispons għall-inizjattiva kien wieħed tajjeb ħafna.
Temm jgħid li din se tkun qed tnaqqas l-iskariġġ għan-nies u li t-tobba se jkunu jistgħu jqassmu ħinhom aħjar.