Olandiż jaqa’ tliet sulari f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ Olandiż ta' 19-il sena ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:25a.m. fi Triq it-Tamar f’San Pawl il-Baħar.
Wara li waqa' tliet sulari, iż-żagħżugħ spiċċa f'gandott.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ritratt: CMRU – The Malta Police Force