OLAF: Malta b’irregolaritajiet fl-użu tal-fondi Ewropej

Studju ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi (OLAF) sab li Malta kellha total ta’ 117-il każ ta’ frodi fl-użu ta’ fondi Ewropej bejn l-2013 u l-2017.

Il-117-il każ iwasslu għall-frodi ta’ total ta’ 2.4% tal-fondi allokati għal Malta.

Minn fost il-pajjiżi Ewropej, kien hemm total ta’ 52,403 każijiet ta’ frodi, bil-pajjiż li l-aktar inqabad b’dawn l-irregolaritajiet ikun Spanja b’total ta’ 11,161 każ.

Ir-rapport kompla jgħid kif total ta’ sitt każi tressqu quddiem il-Qorti Maltija wara rakkomandazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea. Dan isisr sabiex jinġabru kemm jista’ jkun flus lura mill-frodi li jkunu saru.

Aqra r-rapport sħiħ minn hawn: Rapport tal-OLAF għall-2017.