OKMalta.com u TOTAL jiddominaw fil-Mapfre MSV Life National Tenpin Bowling

Read in English.

Hekk kif il-Mapfre MSV Life Division 1 jasal fi tmiem l-ewwel rawnd, OkMalta.com u Total komplew jiddominaw u t-tnejn irreġistraw rebħiet komdi ta’ 8-0 kontra l-Bank of Valletta u l-Blitzkrieg rispettivament, biex baqgħu ras imb ras fil quċċata tal-klassifika.

OkMalta.com kienu f’forma mill-isbaħ, bl-4 plejers kollha jaqbżu l-medja ta’ 200, hekk kif Mauro Anastasi jispiċċa wkoll bħala l-aqwa bowler tal-ġimgħa b’serje ta’ 662. TOTAL  ukoll lagħbu tajjeb ħafna b’Philip Gruppetta jitfa’ serje ta’ 658 biex jgħin lit-tim TOTAL jegħleb faċilment lit-tim ta’ Blitzkrieg, msammrin  fl-aħħar post.

Turu’s Knights żammew it-tielet post tagħhom b’rebħa ta ’8-0 kontra XS, għalkemm jibqgħu 16-il punt imbiegħed wara l-leaders. Il-Kaptan Peter Mallia kien l-ogħla għar-rebbieħa, b’serje tajba ta’ 649, b’Reuben Scerri jispicca l-ogħla għal XS b’medja ta ’210. Swisslion baqgħu fir-4 post izda tilfu żewġ punti prezzjużi kontra Royal Shock, bl-ewwel logħba tmur għal Royal Shock filwaqt li t-tieni logħba kienet waħda missielta li Swisslion rebħu bi 12-il pin biss prinċipalment minħabba logħba brillanti ta’ 245 miż-żagħżugħ Kayden Lagana’.

Lagana’ spiċċa wkoll l-aħjar plejer għat-tim b’serje 637, b’Peter Sammut Briffa jkun l-ogħla b’574 għal Royal Shock. Supersonic għelbu lil Strike Me Jabaal biex qabżuhom u telgħhu fis-7 post, sitt punti quddiem Strike me Jabaal li jinsabu lura fiż-żona tar-relegazzjoni. Kyle Camilleri kien l-ogħla b’621 għal Supersonic, filwaqt li Danial Swift kien l-aħjar għat-telliefa b’534.

Kif imsemmi, Anastasi kien l-aħjar plejer  tal-ġimgħa, b’Sue Abela (Tim TOTAL)  tkun l-ogħla fost in-nisa. Klassifika: OkMalta.com, TOTAL 63,Turu’s Knights 47, Swisslion 44, XS 37, Royal Shock 30, SuperSonic, Bank of Valletta 26, Strike Mearly(e Jabaal 20, Blitzkrieg 2.

Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Tenpin Assosciation.