OkMalta.com ikabbru l-vantaġġ fil-ħames ġimgħa tal-Mapfre MSV Life l-ewwel Diviżjoni


OKMalta.com, li fosthom jilgħab Mauro Anastasi, li għadu kif rebaħ il-kampjonati nazzjonali għas-sitt darba, u t-tim Totali, fejn wiehed isib lil Sue Abela, li kisbet it-titlu nazzjonali għall-34 darba,  ikomplu jiddominaw ix-xena lokali tat-ten pin bowling hekk kif t-tnejn irreġistraw rebħiet kontra l-avversarji tagħhom din il-ġimgħa.

Filwaqt li OkMalta.com għelbu lil XS 8-0, bl-aħħar logħba biss tkun relattivament viċin, (803-771), it-tim ta’ Total nħassdu fl-ewwel logħba minn Royal Shock fejn tilfu 789-793, iżda rkupraw b’zewġ logħbiet tajbin biex għelbu lill-avversarji tagħhom u jirbħu 6-2.

Il-taqtigħa għat-tielet post rat rebħa importanti ta’ 8-0 għal Swisslion fuq Turu’s Knights, biex b’hekk Swisslion jinsabu fit-tielet post, 4 punti fuq Royal Shock. Fil-logħbiet l-oħra, il-Bank of Valletta ġabu draw ta’ 4-4 kontra Supersonic, waqt li Strike Me Jabaal ħadu 6 punti fuq Blitzkrieg li jinsabu fl-ahhar post.

L-aqwa plejers tal-ġimgħa kienu Nicholas Muscat (OkMalta.com) u Sara Xuereb (Total Team).

Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Ten Pin Bowling Association.