Okkażjoni doppja f’Jum il-Missier għall-Prinċep William

Il-lum fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier ġew pubblikati żewġ ritratti ġodda ġew meħlusa biex jiċċelebraw Jum il-Missier u wkoll  għeluq snin il-Prinċep William.

Ir-ritratti ttieħdu mid-Dukessa ta’ Cambridge u juru lil William, li llum għandu 38 sena, mal-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte u l-Prinċep Louis. Ir-ritratti ttieħdu fil-palazz Anmer Hall f’Norfolk.

William, li huwa t-tieni fil-linja għat-tron, huwa fost numru ta’  personaġġi rjali li ċċelebraw għeluq sninhom waqt l-illokkjar minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Ir-Reġina għalqet 94 sena u d-Duka ta’ Edinburgh għalaq 99 kmieni f’Ġunju waqt li Louis għalaq sentejn f’April u Charlotte laħqet l-età ta’ ħames snin f’Mejju.

William xorta baqa’ mħabbat, minkejja l-illokkjar, b’sejħiet bil-vidjo għal diversi gruppi u karitajiet. Fil-ġimgħa li għaddiet huwa beda jattendi personalment għal impenji rjali għalkemm b’distanza soċjali.

Huwa kellu 15-il sena meta ommu, il-Prinċipessa Diana, mietet f’ħabta tal-karozzi fl-1997, ħames snin wara li sseparat mill-Prinċep Charles.