Oħt Daphne se tindirizza summit għan-nisa fi New York

Corinne Vella f'Women in the World 2020 fi New York City

Facebook - Women in the World

Read in English.

Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia, se tkun qed tindirizza t-2020 Women in the World Summit fi New York f’April li ġej.

Women in the World ħabbret li Vella se tkun qed titkellem f’summit li se jitkellmu fih atturi, ġurnalisti, u attivisti ta’ fama internazzjonali. Vella se tkun qed titkellem f’summit fl-Istati Uniti f’sena li fiha l-pajjiż jfakkar il-100 anniversarju minn meta n-nisa saru ċittadini sħaħ permezz tad-dritt għall-vot.

Is-summit se jsir fil-famuż Lincoln Center for the Performing Arts.

Min se jitkellem fis-summit?

  • Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia
  • Demi Moore, attriċi u kittieba
  • Christine Lagarde, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew
  • Denise Ho, attivista minn Hong Kong

Persuni li ndirizzaw is-summit fil-passat jinkludu Oprah Winfrey, Malala Yousafzai, Angelina Jolie, u Priyanka Chopra.

Għall-biljetti u għal aktar dettalji tista’ tidħol hawn.