Oħorġu l-umbrelel… tax-xita!

Frederick Muscat / It-Temp Madwarna

Rapporti tat-temp qed juru li għada t-Tnejn se jġib miegħu maltempati bir-ragħad.

Dan wara li Sqallija ilha maħkuma bil-maltempati għal dawn l-aħħar jiem. Paġna tat-temp onlajn qed tindika li din l-arja friska li qed taħkem il-Mediterran, u ġiet minn fuq l-Atlantiku, tissejjaħ ‘cold pool.’

Bejn it-Tnejn u l-Ħamis, il-pressjoni tal-atmosfera għandha titbaxxa, ir-riħ għandu jsir aktar ħafif u umduż.

It-temperaturi għandhom jibqgħu xi ftit jew wisq l-istess, bil-massimu viċin it-30°C u l-minimu fil-livell ta’ 23°C..

Tgħid se naraw xi twiebet iċafċfu?

Maltempati bir-ragħad fuq Sqallija ilhom preżenti għal dawn l-aħħar jiem u viżibbli anke mill-gżejjer Maltin (ara stampa…

Posted by It-Temp Madwarna on Saturday, August 18, 2018