Ohio jgħid ‘Le’ għal-legalizzazzjoni tal-marijuana

Fl-istat ta’ Ohio, fl-Istati Uniti, il-poplu għażel li ma tiġix legalizzata l-marijuana.
B’żewġ voti le għal kull vot iva, il-poplu f’Ohio rrifjuta li tiġi emendata l-kostituzzjoni biex il-ħaxixa tkun legali għall-użu personali u mediċinali, u li prodotti magħmula bid-droga jkunu jistgħu jinbiegħu mill-ħwienet.
Il-bidla, kieku approvata, kienet se tippermetti t-tkabbir kummerċjali tal-ħaxixa f’għaxar inħawi madwar l-istat, u li dak li jkun ikun jista’ jkabbar sa erba’ pjanti d-dar.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li wara l-kampanja favur id-droga kien hemm għadd ta’ investituri famużi fosthom kantant pop, disinjatur tal-moda u dixxendent tal-eks-President Amerikan William Taft.