Oġġetti personali ta’ Thatcher għall-bejgħ wara li l-V&A rrifjuta li jeħodhom

Il-kollezzjoni personali tal-eks-Prim Ministru Ingliż, Margaret Thatcher, se tinbiegħ biċċa biċċa wara li l-mużew Victoria & Albert ma aċċettax li jeħodhom u jpoġġihom għall-wiri.
Il-ġurnal The Telegraph żvela li 300 oġġett personali tal-eks-Iron Lady, inkluż ħwejjeġ, ġojjellerija u tifkiriet politiċi, se jinbiegħu minn uliedha Mark u Carol, f’irkant.
Il-kollezzjoni tinkludi l-libsa tat-tieġ tagħha.
Kelliem għall-mużew qal li l-offerta tal-oġġetti personali ġiet rifjutata għax il-mużew jaċċetta biss esibiti ta’ valur straordinarju f’dik li hi estetika jew teknika, mhux oġġetti ta’ valur soċjali.