Offerti tas-sajf fuq BOV Home Loans

Rati ta' imgħax attraenti fuq self għall-proprjetà

Read in English.

Il-Bank of Valletta qed joffri finanzjament attraenti ħafna fuq il-BOV Home Loans, għall-konsumaturi li jixtiequ jixtru l-ewwel jew it-tieni dar tagħhom.

“Il-konsumaturi li qed ifittxu biex jiffinanzjaw ix-xiri tal-ewwel jew it-tieni dar tagħhom, jew biex ilestu d-dar residenzjali tagħhom, jistgħu jibbenefikaw minn rati ta’ imgħax baxxi ħafna u kundizzjonijiet ta’ self attraenti,” qalet Marisa Said, Head Consumer Finance fil-Bank of Valletta.

“Is-suq tal-propjetà għaddej minn proċess ta’ konsolidazzjoni, bl-indikaturi juru li hemm fis-seħħ aġġustar tal-prezzijiet. It-tnaqqis fil-bolla u fit-taxxa fuq it-trasferiment tal-propjetà, prezzijiet tal-propjetà aktar realistiċi u rati ta’ imgħax fuq self mill-banek fl-aktar livell baxx li qatt kienu, wessgħu t-triq kemm għal first-time buyers u kif ukoll għal dawk li f’dawn l-aħħar snin kienu qed jaħsbuha għandhomx jixtru t-tieni propjetà tagħhom. Is-sitwazzjoni attwali tista’ isservi bħalha opportunità għal dawn ix-xerrejja prospettivi.”

“Il-prodotti ewlenin ta’ self għad-djar tal-Bank of Valletta ġew riveduti biex jissodisfaw il-bżonnijiet dejjem jinbidlu tal-konsumaturi lokali. B’rati li possibilment huma l-aktar baxxi fis-suq, il-BOV Home Loans jipprovdi aktar aċċessibilità biex dawk li qed ifittxu dar tkun iktar faċli li jsiru sidien tad-djar,” ikkonkludiet Marisa Said.

Il-Bank of Valletta joffri wkoll self personali biex jgħin lill-klijenti jimlew jew jirrinovaw id-dar tagħhom jew biex jagħmluha iktar energy efficient. Klijenti li jixtiequ jieħdu vantaġġ mill-offerti kurrenti fuq il-BOV Home Loans jew il-BOV Personal Loans, jistgħu jagħmlu appuntament ma’ speċjalista fuq is-self għad-djar tal-BOV billi jċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq info@bov.com.

L-offerta tista’ tagħlaq aktar kmieni skond id-diskrezzjoni tal-Bank. Is-self kollu huwa soġġett għal kriterji normali ta’ self bankarju, approvazzjoni ta’ kreditu mill-Bank u ftehim ta’ kreditu. Jista’ tintalab garanzija li tinkludi garanzija b’ipoteka jew garanzija oħra komparabbli. Is-self għandu jkun iggarantit minn ipoteka tal-ewwel grad u privileġġ speċjali fuq il-propjetà li tkun qed tiġi ffinanzjata, pledge tal-ewwel grad fuq polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja li tkopri l-ammont kollu tas-self u polza ta’ assigurazzjoni tal-bini għall-ispiża ta’ sostituzzjoni tal-proprjetà li qed tiġi ffinanzjata. Jekk il-ħlasijiet lura ma jsirux, il-bank jista’ jieħu passi biex ibiegħ il-propjetà ffinanzjata wara proċeduri legali u min qed jissellef jista’ jitlef il-propjetà. Aktar termini u kundizzjonijiet huma disponibbli minn www.bov.com. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).