Offerti speċjali f’April minn Tuaco Opticians

Tuaco Opticians tal-Belt Valletta nieda żewġ offerti speċjali għal April.
Skont ta’ 20% qed ikun offrut fuq kull frame ġdid, filwaqt li dawk li jagħżlu l-contact lenses AirOptix b’teknoloġija avvanzata, jistgħu jieħdu b’xejn flixkun ta’ 90ml Optifree, ma' kull pakkett ta’ sitta, jew contact lens waħda b’xejn ma’ kull pakkett ta’ tlieta.
Dawn l-offerti qed isiru fid-dawl tar-rinovazzjoni li saret fil-ħanut fi Triq Melita. Il-faċċata l-ġdida tal-ħanut ġiet imbaqqna biex taqbel mal-karatteristiċi tal-Belt Valletta, li hi elenkata fil-lista ta’ wirt storiku tal-UNESCO, filwaqt li rħam abjad u mirja prattiċi jżejnu n-naħa ta’ ġewwa.
Tuaco Opticians ilhom jipprovdu ħarsien għall-għajnejn fil-komunità għal aktar minn 60 sena.
Huma joffru frames ta’ kwalità għolja, lentijiet b’teknoloġija revoluzzjonarja li jipproteġu l-għajnejn kemm mill-ħsara tar-raġġi UV kif wkoll mid-dawl blu li joriġina mill- iskrins tal-kompjuter, nuċċalijiet tax-xemx, u contact lenses.
Il-klijenti jistgħu jibbenefikaw ukoll minn ittestjar tal-għajnejn minn optometristi u oftalmologi professjonali.
L-esperti tal-għajnejn jirrakkomandaw li l-persuni, irrispettivament jekk jużaw kwanlunkwe forma ta’ lentijiet jew le, għandhom jeżaminaw għajnejhom kull sentejn biex jassigura vista tajba u korretta u biex jiddentifikaw xi diffikultajiet, anki jekk il-persuna ma tkunx konxja tagħhom, qabel ma ssir problema.
Tuaco Opticians jinsabu wkoll fi Triq San Ġwann, it-tieni ħanut tagħhom fil-belt Valletta.  
Il-ħanut rinovat hu miftuħ bejn id-9am u s-7pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt bejn id-9am u nofsinhar.
Għal appuntament jew aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq  21221848 jibgħat imejl tuaco.opt@gmail.com jew iżur is-sit.