Offerti għall-istudenti mill-Bank of Valletta

Il-Bank of Valletta għadu kif ħabbar il-pakkett tal-BOV Club għall-2017. Maħsub bħala l-pass interim għall-istudenti li jkunu se javvanzaw mil-livell sekondarju għal-livell terzjarju tal-edukazzjoni, il-Pakkett tal-BOV Club jiġbor fih is-soluzzjonijiet bankarji bażiċi li wieħed ikun jeħtieġ, flimkien ma’ firxa ta’ offerti ta’ merħba li l-istudenti huma intitolati għalihom meta jingħaqdu mal-BOV Club jew iġeddu s-sħubija tagħhom. 
Fost il-benefiċċji ewlenin inklużi fil-Pakkett, hemm il-BOV Student eAccount li joffri aċċessibbiltà faċli flimkien ma’ rata tal-imgħax ogħla u self għall-istudenti mhux iggarantit mingħajr l-ebda miżati tal-ipproċessar. Din l-offerta tinkludi wkoll il-kopertura tal-ħajja mingħajr ħlas li l-Bank qed joffri ma’ kull applikazzjoni għal finanzjament personali ġdid. Is-soluzzjonijiet bankarji self-service jinkludu l-BOV Visa Classic jew il-BOV MasterCard b’limitu ta’ kreditu ta’ EUR 500, mingħajr ħlas tat-tariffi għall-ewwel sena. Il-firxa tas-servizzi tal-BOV 24×7 hija inkluża wkoll mingħajr ħlas ta’ tariffi għall-ewwel sena.
Għadd ta’ rigali ta’ merħba qed jiġu offruti lil dawk l-istudenti li jagħżlu li jingħaqdu mal-BOV Club. Dawn jinkludu skontijiet kbar fuq Urbanista Melbourne Speaker, Urbanista Seattle Corded Headphones, Remingon Airplate Straightener, Remington We Tech Body Trimmer, Remington Straight Brush u Nutribullet 600 Series. Alternattivament l-istudenti jistgħu jagħżlu vawċer ta’ EUR 50 li jista’ jissarraf minn ħwienet magħżula li jinkludu EuroSport, Animal, Bata, Agenda Bookshop, TerraNova u Guess. Sabiex ikunu eliġibbli, l-istudenti jeħtieġ li jkunu qed jistudjaw fuq bażi full-time, u jkunu qed javvanzaw minn istituzzjoni sekondarja għal waħda postsekondarja, jew minn istituzzjoni postsekondarja għall-Università ta’ Malta.
Il-BOV Club huwa aktar minn pakkett finanzjarju. Huwa maħsub biex ikun pjattaforma li permezz tagħha l-istudenti jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom mal-Bank tul is-snin kollha tal-istudji tagħhom. Għal dan il-għan il-Bank għandu l-paġna ddedikata ta’ Facebook: https://www.facebook.com/bovclubmt/ kif ukoll il-portal tal-BOV Club – https://www.bov.com/bov-club li jiddeskrivi l-benefiċċji u l-karatteristiċi prinċipali tas-sħubija fil-BOV Club kif ukoll mistoqsijiet frekwenti relattivi*.
It-tim tal-BOV Club għandu rwol ewlieni fih. Il-membri jiffukaw fuq l-appoġġ lill-istudenti u jgħinuhom fl-għażliet tagħhom. It-tim tal-BOV Cub iżur l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi, jiltaqa’ mal-istudenti li jkunu qed jattendu korsijiet ta’ induzzjoni biex jgħinhom billi jispjega l-karatteristiċi inklużi fil-BOV Club kif ukoll il-benefiċċji. Il-membri tat-tim tal-BOV Club se jiltaqgħu mal-istudenti fit-12 ta’ Lulju fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi.
L-istudenti li jkunu interessati jingħaqdu mal-BOV Club jistgħu jitolbu aktar informazzjoni jew iniżżlu l-applikazzjoni minn fuq il-websajt: www.bov.com. Wieħed jista’ wkoll japplika onlajn, u b’hekk isir eliġibbli li jirbaħ sett ta’ BOV Mastercard Prepaid Cards għall-valur ta’ EUR 375.