Offerti għall-Istudenti li jissieħbu fil-BOV Club 2020

Read in English.

Il-Bank of Valletta għadu kemm nieda l-BOV Club 2020, pakkett ta’ servizzi finanzjarji ddisinjat speċifikament għall-istudenti li se jibdew l-edukazzjoni sekondarja jew terzjarja tagħhom.

Il-ħajja ta’ student mhiex dejjem ward u żahar, u għalhekk biex tiffaċilita ftit is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istudenti, il-membri ġodda tal-BOV Club se jingħataw €50 fi flus depożitati direttament fil-BOV eAccount ġdid tagħhom. Il-BOV eAccount jitħaddem b’mod onljan u għandu rata ta’ imgħax ogħla minn kont normali tat-tfaddil.

Il-membri tal-BOV Club jibbenefikaw ukoll minn:

  • Stipendju li jidħol fil-kont dirett bla ħlas
  • Notifika bl-SMS hekk kif l-istipendju jiġi kkreditat fil-kont
  • Contactless BOV Cashlink bla ħlas biex tixtri lokalment, online u barra minn Malta
  • BOV Pay b’xejn sabiex l-istudenti jtellgħu l-BOV Cashlink Visa direttament fuq l-ismartphone tagħhom u jistgħu jixtru permezz tal-mobajl
  • BOV Mobile Banking b’xejn biex jimmaniġġjaw l-kontijiet tagħhom kullimkien, f’kull ħin
  • BOV Mobile to Mobile Payments sabiex iħallsu lil ħaddieħor u jaqsmu l-kontijiet bl-użu tal-mobile
  • BOV Internet Banking bla ħlas għal servizzi bankarji onlajn, veloċi u faċli
  • Top-ups tal-Mobile istantanji bla ħlas
  • Self għall-istudenti b’rati speċjali inkluż kopertura tal-ħajja bla ħlas
  • Rati tal-kambju preferenzjali fuq muniti barranin
  • Pagamenti tas-SEPA elettroniċi bla ħlas

Biex tissieħeb mal-BOV Club huwa faċli immens. L-istudenti jistgħu sempliċement jimlew din il-formola https://www.bov.com/Assistants/learn-more-about-bov-club, iċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq bovclub@bov.com. L-istudenti jingħataw appuntament ma’ BOV Club Ambassador li jkun jista’ jgħinhom u jwieġeb għal kwalunkwe mistoqsija.

Din l-offerta hija valida sal-31 ta’ Ottubru 2020 u l-ewwel stipendju għandu jkun ikkreditat fil-kont tal-BOV sal-31 ta’ Jannar 2021. Aktar informazzjoni u termini u kundizzjonijiet huma disponibbli fuq https://www.bov.com/content/bov-club-benefits.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c hija intermedjarju tal-assigurazzjoni marbut reġistrat ta’ Mapfre MSV Life p.l.c. Mapfre MSV Life hija awtorizzata mill-MFSA biex toffri negozju fit-tul tal-assigurazzjoni skont l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni (Kap.403 tal-Liġijiet ta’ Malta). Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta’ investiment skont l-Atti tas-Servizzi Bankarji u ta’ Investiment (Kap.370, 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).