Ocean Viking jidħol fil-port ta’ Messina

Read in English.

Il-182 immigranti abbord il-vapur Ocean Viking iddaħlu fil-port ta’ Messina aktar kmieni wara nofsinhar. L-immigranti kienu ġew salvati mill-baħar bejn is-17 u 18 ta’ Settembru fi tliet ħidmiet differenti.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Forzi Armati ta’ Malta ġabret 35 immigranti li kienu parti minn dan il-grupp iżda ma tawx permess lill-bastiment OceanViking idaħħal l-immigranti fil-portijiet Maltin. Liema deċiżjoni kienet ikkritikata minħabba li fost l-immigranti kien hemm tarbija tat-twelid, mara tqila u 13 il-tifel u tifla taħt l-eta’.

Il-bastiment Ocean Viking immexxi mill-SOS Mediterranèe u Doctors Without Borders ilbieraħ ngħata permess mill-Gvern Taljan biex jidħol fil-port ta’ Messina.