Il-bastiment Ocean Viking tal-għaqdiet SOS Mediterranee u Doctors Without Borders (MSF) salva 94 persuna mill-għarqa.
Dan ħareġ fi tweet li pubblikat l-għaqda fejn spjegat li s-salvataġġ sar wara Ii kien hemm dgħajsa fil-periklu li tgħereq. Fost il-persuni salvati hemm 11-il mara, b’erba’ minnhom tqal u sitt itfal.
Skont Annalisa Camilli, ġurnalista li ssegwi l-ħidma tal-bastiment mill-qrib, l-immigranti ġew salvati madwar 42 mil nawtiku ‘l barra mil-Libja.