“Obdu l-avviż ta’ kwarantina” – omm tifla b’kundizzjoni fil-pulmun

Passengers wearing masks walk outside the Shanghai railway station in Shanghai, China, as the country is hit by an outbreak of the new coronavirus, February 8, 2020. REUTERS/Aly Song

Omm tifla li għandha kundizzjoni kronika fil-pulmun appellat biex dawk li għandhom joqogħdu kwarantina f’darhom wara li jkunu ġew minn pajjiż affettwat mill-coronavirus, u mhux jinjoraw dan l-avviż, b’rispett ta’ min, bħal bintha, għandu xi kundizzjoni.

Fuq Facebook, l-omm qalet li semgħet b’ħafna li suppost kienu kwarantina iżda bagħtu lil uliedhom l-iskola jew il-bandli.

Hija qalet li filwaqt li huwa minnu li min ikun f’saħħtu jista’ jirkupra mill-coronavirus, u li influwenza normali hi iżjed perikoluża mill-coronavirus, dawk b’mard respiratorju kroniku se jsibuha iżjed diffiċli biex jiġġieldu l-coronavirus.

Irrakkuntat kif fix-xitwa, sikwit ikollha toqgħod id-dar b’bintha peress li hija kkunsidrata pazjenta f’riskju għoli anke minn riħ normali. Qalet li l-influwenza tista’ twassal biex bintha tqatta’ ġimgħat l-isptar tiġġieled għal ħajjitha, aħseb u ara b’virus daqshekk qalil.

Għaldaqstant, hija talbet lil dawk li jkunu ġejjin lura minn pajjiżi fejn hemm il-coronavirus sabiex isegwu l-avviż tal-awtoritajiet tas-saħħa u jagħmlu ġimagħtejn kwarantina d-dar, b’rispett għal ħaddieħor.