Obbligi ġodda għal min ibigħ l-armi fl-Istati Uniti

Il-President Amerikan Barack Obama mistenni jħabbar miżuri ġodda b’rabta mal-bejgħ tal-armi fl-Istati Uniti.
Minkejja oppożizzjoni minn membri tal-Kungress, se jagħmilha obbligatorju għal eluf ta’ bejjiegħa ta’ armi – minn ħwienet jew minn fuq l-internet – biex jagħmlu tfittxijiet dwar il-persuna li tkun se tixtri.
B’rabta ma’ dan, l-istati jridu jagħtu informazzjoni dwar persuni li ma jistgħux iġorru armi, fosthom persuni b’mard mentali jew li wettqu vjolenza domestika.
Il-Gvern Amerikan se jħabbar ukoll iktar investiment fl-FBI għal dan il-għan, u iktar investiment fil-kura ta’ mard mentali.
Se jiżdied ukoll l-investiment fit-teknoloġija ġdida kontra l-użu mhux awtorizzat tal-armi.