Obama jawtorizza attakk mill-ajru fuq l-Iraq

Il-President Amerikan Barack Obama qal li awtorizza attakk mill-ajru fuq il-militanti Iżlamiċi fit-Tramuntana tal-Iraq f’każ li dawn ikunu ta’ theddida fuq l-interess tal-Istati Uniti. Saħaq li lest jieħu azzjoni biex jipproteġi l-qtil tal-minoritajiet reliġjużi fil-pajjiż.
Obama qal li avolja lest jagħmel attakk mill-ajru, mhux mistenni jawtorizza d-dħul ta’ truppi Amerikani fuq l-art.
Fl-aktar attakk riċenti, il-grupp Militanti Iżlamiku Islamic State ħa l-kontroll tal-ikbar belt li fiha hemm Insara fl-Iraq, Qaraqosh.
Mal-ħtif ta’ din il-belt, ħafna mill-Insara kellhom jaħarbu minn djarhom.