Obama jżur Oklahoma wara d-diżastru naturali

Il-President Amerikan Barack Obama, żar l-istat ta’ Oklahoma wara d-diżastru naturali kkawżat minn numru ta’ trombi tal-arja aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet.

Waqt li kien qed jitkellem ħdejn borġ ġebel li qabel id-diżastru kienet skola, Obama assigura li se jkun hemm għajnuna fit-tul mill-Gvern Amerikan.

It-trombi tal-arja kissru madwar 27 kilometru ta’ art u ħallew 24 vittma.