Obama jwissi lill-Ewropa tibqa’ magħquda u umana

Il-President Amerikan Barack Obama, f’laqgħa fil-Ġermanja mal-mexxejja tal-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit, appella biex l-Ewropa tkun magħquda, demokratika u soda u biex l-immigranti jitqiesu bħala persuni, mhux numri hekk kif ikkwota kliem il-Papa Franġisku fl-aħħar jiem.
Obama qed itemm iż-żjara tiegħu fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani hekk kif qal li l-kontinent forsi għandu bżonn lil xi ħadd minn barra biex ifakkru xi triq twila mexa mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l quddiem.
Hu wissa kontra l-populiżmu u l-estremiżmu.
Fid-diskors tiegħu, Obama kkonferma l-aħbar li ħarġet iktar kmieni, li l-Istati Uniti se tibgħat iktar suldati fis-Sirja biex tħarreġ militanti lokali