Obama jwissi dwar intervent militari Russu fl-Ukraina

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama wissa lir-Russja dwar il-konsegwenzi ta’ intervent militari fl-Ukraina.
Huwa esprima t-tħassib tiegħu dwar rapporti fil-media li qed jgħidu li t-truppi Russi qed jippjanaw missjonijiet militari fl-Ukraina.
Il-President Obama wissa li kwalunkwe azzjoni li tnaqqas is-sovranità militari jew territorjali tal-Ukraina se twassal għal nuqqas ta’ stabbiltà. Huwa qal li dan mh’huwiex fl-interess tal-Ukraina, tal-istess Russja kif ukoll tal-Ewropa.
Dan hekk kif l-Aġent President Ukren akkuża lir-Russja li qed tibgħat xi truppi tagħha f’Crimea u li qed tipprovoka azzjoni militari mill-Ukraina.
Intant l-Ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Uniti qal li t-truppi Russi li hemm f’Crimea jinsabu hemm bħala parti minn ftehim bejn ir-Russja u l-Ukraina.

Ħalli l-kumment tiegħek b'ismek u kunjomok hawn taħt.