Obama jiddikjara stat ta’ Emerġenza fi Flint

Il-President Barack Obama ddikjara stat ta’ emerġenza fi Flint minħabba li l-ilma ġie kkontaminat biċ-ċomb li ħareġ minn pajpijiet qodma wara li fl-2014 inbiddel il-fornitur.
Testijiet li saru f’Ottubru wrew żieda fil-livell taċ-ċomb fil-provisti tal-ilma u fid-demm tat-tfal. 
Iċ-ċomb fil-provista tal-ilma jista’ jikkawża diżabiltajiet fit-tagħlim u problemi fl-imġiba tat-tfal.
Ir-residenti kienu diġà ilmentaw mill-ilma, minn irwejjaħ ħżiena, uġiegħ ta’ ras u raxx.
Iktar kmieni f’din il-ġimgħa, il-Gvernatur Rick Snyder talab għal €28m mill-Gvern Federali.
Huwa qal li l-ħtieġa tal-Belt, ta’ kważi 100,000 persuna, taqbeż sew il-kapaċità tal-istat.

Madankollu rapporti f’Michigan qalu li l-President Obama ċaħad it-talba.
Huwa qal li dawn id-dikjarazzjonijiet isiru biss għal diżastri naturali.

Nhar is-Sibt, il-kantata Cher qalet li se tqassam flixken tal-ilma lir-residenti ta’ Flint.