Obama jmur iħallas bil-kard u ma taħdimlux

Mhux l-ewwel darba li tmur tixtri xi ħaġa, tħallas bil-kard tal-bank u tibqa’ b’xejn għax din ma taħdimx.
Żgur li ma timmaġinax li xi ħaġa hekk tiġri lill-President Amerikan. Imma fil-verità m’għandu xejn speċjali, għax Obama ġralu bħalek.
Obama, flimkien ma’ martu kien qed jiekol ġo restaurant u meta ġie biex iħallas, il-waitress marret lura bil-kard tal-bank tgħidlu li mhux taħdem.
Il-President Amerikan qal dan waqt li kien qed jindirizza il-Bureau għall-Protezzjoni Finanzjarja tal-Konsumatur. 
Barack Obama qal li l-mara tiegħu kellha kard oħra u għalhekk setgħu iħallsu l-ikla.
B’ċajta qal li kellu jispjega lill-ħaddiema tar-restaurant li anke hu jkollu jħallas il-kontijiet, u juża l-kard tal-bank
Il-President Amerikan għandu paga ta $400,000 fis-sena.