Obama jgħidlek x’għandek taqra dan is-sajf

L-eks President tal-Istati Uniti, Barack Obama għamilha tradizzjoni tiegħu li jaqsam wħud mill-aktar kotba favoriti tiegħu mis-sena ta’ qabel fuq Facebook.

Fi tmiem l-2017, il-President Obama għamel din il-lista:

  1. “The Power” ta’ Naomi Alderman – Il-ktieb huwa bbażat f’dinja oħra fejn tfajliet jistgħu jikkawżaw uġieħ u sofferenzi kbar. Il-ktieb juri soċjetà tat-tip għal xiex tista’ twassal.
  2. “Grant” ta’ Ron Chernow – Il-ħajja ta’ Ulysses S. Grant f’bijografija.
  3. “Evicted: Poverty and Profit in the American City” ta’ Matthew Desmond – Soċjoloġista fl-Università ta’ Harvard isegwi tmien familji li jinsabu viċin il-faqar f’Wisconsin.
  4. “Janesville: An American Story” ta’ Amy Goldstein – Ktieb ibbażat f’nofs ir-riċessjoni meta għalqet l-akbar General Motors plant f’Wisconsin.
  5. “Exit West” ta’ Mohsin Hamid – L-istorja ta’ żewġ karattri opposti, Nadia u Saeed, li jiltqagħu u jibdew jinħabbu waqt gwerra ċivili fil-belt tagħhom.
  6. “Five-Carat Soul” ta’ James McBride – Kollezzjoni ta’ stejjer qosra li jirrakkuntaw l-avventura ta’ grupp mużikali, ta’ bejjiegħ tal-ġugarelli u x’jiġri f’moħħ iljun.
  7. “Anything Is Possible” ta’ Elizabeth Strout – Ktieb ta’ 300 paġna bi stejjer ta’ għadd kbir ta’ persuni b’temi differenti.
  8. “Dying: A Memoir” ta’ Cory Taylor – Kittieb Awstraljan jikteb dwar x’ħass meta kien f’ħalq il-mewt.
  9. “A Gentleman in Moscow” ta’ Amor Towles – Ktieb li jiddeskrivi l-arrest f’daru tal-Konti Alexander Rostov li kien sfurzat jgħix f’lukanda lussuża faċċata tal-Kremlin.
  10. “Sing, Unburied, Sing” ta’ Jesmyn Ward – Ktieb li jesplora l-identità, il-familja u l-wirt mill-għajnejn ta’ tifel ta’ 13-il sena u ommhu.
  11. “Coach Wooden and Me: Our 50-Year Friendship On and Off the Court” ta’ Kareem Abdul-Jabbar – L-istorja ta’ Abdul-Jabbar fid-dinja tal-basketball u l-ħbiberija ma’ John Wooden.