Obama jappella għal użu ta’ forzi militari kontra l-Istat Iżlamiku

Il-President Amerikan Barack Obama ġedded l-appell tiegħu lill-Kungress Amerikan biex japprova awtorizzazzjoni ġdida għall-użu ta’ forzi militari fil-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku fis-Sirja u fl-Iraq.
Fl-indirizz annwali tiegħu magħruf bħala State of the Union, Obama wiegħed ħidma intensiva biex jinqabdu  t-terroristi minn kull rokna tad-dinja.
Obama ddikjara wkoll tmiem għall-kriżi finanzjarja u wiegħed politika ekonomika li permezz tagħha jibbenefikaw l-Amerikani kollha.
Semma wkoll il-pjan li l-Kungress jgħaddi liġi biex in-nisa jingħataw l-istess paga tal-irġiel meta jkollhom l-istess impjieg.
Mistennija tingħata għajnuna f’forma ta’ leave tal-maternità u tal-mard kif ukoll servizz ta’ childcare lill-familji.