Obama: Il-Papa Franġisku jisfidana naħsbu u nirriflettu

“Grazzi, Grazzi.” Dawn kienu l-ewwel żewġ kelmiet ta’ Barack Obama  lill-Papa Franġisku fil-bidu tal-ewwel laqgħa tagħhom fil-Vatikan li damet għaddejja madwar 50 minuta.
Obama qal li “l-Papa jisfidana.  Ifakkarna fin-nies, fil-familji, fil-foqra.  Jistedinna nieqfu u naħsbu fuq id-dinjità tal-bniedem.” 
Kompla jgħid li jqis il-ħsibijiet tal-Papa bħala importanti għax jgħinuh fil-ġlieda kontra l-faqar u dwar li kollox sar qisu xejn mhu xejn. 
Apparti l-Papa, Obama mistenni jiltaqa’ wkoll mal-President tar-Repubblika u mal-Prim Ministru.  Il-laqgħa ta’ Obama fl-Italja hi kkunsidrata bħala importanti l-iktar minħabba s-sitwazzjoni internazzjonali.  Wara sejjer iżur il-Kolossew u għada mistenni jerġa’ jaqbad l-ajruplan biex imur l-Għarabja Sawdija.