Obama f’laqgħat mal-UE u n-NATO dwar l-Ukraina

Il-President tal-Amerka Barack Obama bħalissa jinsab fi Brussell biex jattendi numru ta’ laqgħat mal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u n-NATO dwar l-Ukraina.
Waqt dawn il-laqgħat qed tiġi diskussa s-sitwazzjoni preżenti fl-Ukraina u kwistjonijiet oħra internazzjonali.
F’konferenza li ttellgħet illum wara nofsinhar, Obama tkellem fuq l-importanza tas-sigurtà tal-Ewropa għall-Amerka.
Żied jgħid li r-Russja tista’ taffaċja iktar sanzjonijiet jekk tipprova tinvadi partijiet oħra tal-Ukrajna.