Nutar ordnat li jħallas €24,500 f’bolol

Nutar li naqas milli jgħaddi lill-Gvern €24,500 f’bolol ġie ordnat mill-Qorti bex jirrifondi l-ammont lill-klijenti tiegħu wara li trasferiment tal-proprjetà tagħhom qatt ma kien rreġistrat.
Il-każ imur lura għal 2014 meta aħwa fetħu kważa kontra n-nutar wara li dan ma kienx ħallas il-kontijiet tat-taxxa fuq proprjetà li kienu ngħataw minn missierhom wara li mietet ommhom, minkejja li kienu tawh il-flus dovuti lill-Gvern fl-2010.
Waħda mill-aħwa qalet li n-nutar lanqas biss kien irreġistra l-causa mortis wara l-mewt ta’ ommhom u lmentat li dan irriżulta f’multi imposti fuqhom.
L-Imħallef Jacqueline Padovani Grima qalet li n-nutar qatt ma kkontesta x-xhieda tal-klijenti tiegħu.
Min-naħa tiegħu n-nutar ammetta li la kien ippreżenta l-causa mortis u lanqas irreġistra t-trasferiment tal-propjetà fir-Reġistru Pubbliku.
L-Imħallef laqgħet it-talba tas-sidien li jitħallsu lura l-flus mogħtija lilu sitt snin ilu u ċaħdet it-talba tan-Nutar li jingħata żmien biżżejjed biex iħallas lura l-flus.