Nuqqas t’infermiera fl-ITU ġab ‘kollass totali’ – MUMN

hospital bed

Read in English.

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) wissiet li lesta tordna direttivi aktar tard din il-ġimgħa jekk il-gvern ma jintervjenix biex jindirizza n-nuqqas ta’ infermiera fl-ITU tal-Isptar Mater Dei.

F’ittra miftuħa ndirizzata lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-president tal-union Paul Pace qal li s-sitwazzjoni hija kritika kemm fl-ITU kif ukoll f’Pillar 4, sezzjoni fejn isiru operazzjonijiet.

Din il-kriżi ġiet minħabba nuqqas ta’ infermiera, ITU mimlija u bil-ħafna każijiet ta’ Covid-19 li qed jiġu rrapurtati dawn l-aħħar ġimgħat, sitwazzjoni li, skont Pace, wasslet għal “kollass totali tas-sistema.”

Pace żied li għalkemm l-isptar kien qabel fuq protokolli fejn jitnaqqsu l-operazzjonijiet elettivi f’każ ta’ numru għoli ta’ każijiet ta’ Covid-19, biex ikunu jistgħu jiżdiedu l-infermiera fl-ITU, dawn qed jiġu njorati mill-managemenet tal-isptar.

Qal li kien ċar li l-operazzjonijiet elettivi kellhom jitnaqqsu, biex l-infermiera li jassistu dawn il-pazjenti jkunu jistgħu minflok jgħinu lil sħabhom tal-ITU. Fakkar li infermiera ġodda ma jkunux jistghu inaqqsu l-piż fl-ITU, peress li kien hemm bżonn 8 ġimgħat biex jitħarrġu fuq l-użu tal-ventilaturi.

Il-president tal-MUMN qal li l-union ma tistax tifhem kif l-operazzjonijiet elettivi twaqqfu f’Marzu meta n-numru tal-każijiet ta’ Covid-19 kien baxx, imma qed iħallihom isiru issa li Malta għandha waħda mill-aktar rati għoljin ta’ mxija tal-Covid-19 fl-Ewropa.

“Hemm emerġenza fl-Isptar Mater Dei li l-uffiċċju tiegħek mistenni jirrisolvi,” Pace fakkar lil Fearne. “Jekk l-ebda deċiżjoni ma tittieħed fl-48 siegħa li ġejjin, l-MUMN se jkollha tordna d-direttivi fl-ITU u fis-swali tal-operazzjonijiet.”