Nuqqas ta’ provi jeħles tnejn akkużati b’falsifikazzjoni ta’ testment

Żewġt irġiel ġew meħlusa mill-akkuża li ffalsifikaw il-firma ta’ persuna li mietet bil-kanċer.

Dan minħabba li ma kienx hemm biżżejjed evidenza konklussiva.

Il-persuna mejta kellha tliet testmenti. Intqal kif il-firma fuq it-tielet testment kienet differenti minn dik li kien hemm fuq l-ewwel tnejn.

In-neputi tal-mejjet kien tkellem ma’ żewġ esperti fil-kaligrafija, iżda l-Qorti qalet li dan ma kienx biżżejjed bħala provi.

Fil-Qorti intqal ukoll kif il-mejjet kien ibati minn kundizzjoni li kienet taffetwalu idu l-leminija.