Xi lokalitajiet f’Malta qed jiġu affettwati minn nuqqas ta’ pressa fl-ilma minħabba xi tip ta’ ħsara skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC).
Fi stqarrija, il-WSC qalet li l-ħsara għadha ma ġietx identifikata. Il-postijiet affettwati jinkludu l-Kottonera, Ħaż-Żabbar, u parti ta’ Wied il-Għajn (tal-Bidni).
Il-WSC qalet li l-ħaddiema tagħha wettqu diversi leak detections intensivi mill-ġibjun tal-Qrendi sal-mina ta’ Hompesch biex tiġi identifikata l-ħsara. Ix-xogħol se jkompli matul il-lejl sakemm tissolva l-ħsara.