Nuqqas ta’ petrol fi Tripli

Ir-residenti ta’ Tripli, l-Libja qed ibatu min-nuqqas ta’ petrol u gass għat-tisjir, minħabba l-ġlied fl-ajruport tal-belt u fl-inħawi.
It-triq mal-baħar, li minn Tripli twassal għal Zawia, fejn hemm ir-raffinerija taż-żejt li sservi l-belt kapitali, tinsab magħluqa u inqatgħet il-provvista tal-fuel.
Fil-ġlied, ġiet imblukkata wkoll it-triq li twassal għal Brega, fejn jinħażen iż-żejt li jintuża għat-tisjir. 
Minbarra dan, ħafna mill-banek fi Tripli, baqgħu magħluqin minħabba r-riskji fis-sigurtà.