Nuqqas ta’ ħsieb bil-loom bands jista’ jwassal għall-inċident

Dr Godfrey Farrugia tkellem ma' Newsbook.com.mt, u spjega kif hu faċli li meta l-lasktu jkun mdawwar ma’ parti tal-ġisem, fil-każ tal-loom bands mas-swaba tal-idejn, dan faċli jwaqqaf ċ-ċirkolazzjoni.
Fl-Ingilterra, ix-xahar li għadda, tifel kważi tilef subgħajh wara li raqad bil-loombands.
Kompla jgħid li dan il-ġugarell, li sar moda bħalissa, jista’ jagħmel ħsara mingħajr l-intenzjoni tal-persuna.
Dr Farrugia qal li l-parti tal-ġisem li tkun qed tingħafas mil-lasktu ssir blu jew tiswied, li tista’ twassal li wieħed jitlef dik il-parti tal-ġisem.   
Semma li kien hemm logħob ieħor simili fis-snin li għaddew, bħal tipi differenti ta’ yoyo li wkoll kienu ta’ periklu għat-tfal.
Temm jgħid li l-ħajja globalizzata dejjem qed toffri aljenazzjonijiet ġodda għat-tfal u ż-żgħażagħ, u l-loom bands huma parti minn din l-aljenazzjoni.
Fortunatament, s'issa f'Malta ma ġie rrappurtat l-ebda każ.