Nuqqas ta’ demm; appell biex tagħti

Il-provvista tad-demm bħalissa tinsab baxxa. Iċ-ċentru tal-għoti tad-demm qed jappella biex f’dawn il-jiem ta’ festi wieħed jagħti d-demm u b’hekk ikun qed iwassal l-awgurju tiegħu lill-pazjenti li għandhom bżonn id-demm.

Ħafna pazjenti bħalissa għandhom bżonn id-demm fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex biex ikunu jistgħu jgħixu. F’dawn iż-żminijiet l-inċidenti fit-toroq jiżdiedu u għalhekk il-bank tad-demm qed jappella biex min jista’ jagħti d-demm.

Min irid jagħti donazzjoni ta’ demm jista’ jmur:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ġewwa Gwardamangia li jiftaħ kuljum mit-8.00am sas-6.00pm (l-aħħar dħul fis-6.00pm)
  • Fil-Każin tal-Banda Queen Victoria fil-pjazza ta’ maġenb il-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq, il-Ħadd 23 ta’ Diċembru bejn it-8.30am u s-1.00opm (l-aħħar dħul fis-1.00pm)
  • Fil-Berġa l-ġdida tax-Xewkija f’Għawdex, il-Ħadd 23 ta’ Diċembru mit-8.00am sas-1.00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu l-karta tal-Identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ikoll.