Numru ta’ Spinters Maltin f’kompetizzjoni Internazzjonali fl-Iżvizzera

Ilbieraħ, numru ta' spinters Maltin ħadu sehem fil-35 edizzjoni ta' Resisprint International, Chaux-de-Fonds fl-Iżvizzera.
L-atleta ta' La Salle AC u ċampjin nazzjonali, Diane Borg, irreġistrat riżultat tajjeb ieħor meta għaddiet għall-Finali B b'ħin ta' 12.23 sec (-1.4) fil-100m u mbagħad irreġistrat ħin iehor eċċellenti ta' 11.98sec fil-finali (+1.1) li hu l-aħjar ħin tagħha din is-sena li hu 0.09sec biss ‘il boghod mir-rekord tagħha nazzjonali.
B'dan ir-rizultat Diane spiċċat fit-8 post minn fost 39 atleta.
Fil-200m Diane kellha tiġri kontra riħ qawwi imma xorta rreġistrat ħin tajjeb ta' 24.93sec (-3.8) sabiex spiċċat fid-9 post minn fost 26 atleta.  
Fil-200m, l-isprinter Malti Kevin Moore, ukoll kellu jiġri kontra riħ qawwi u rreġistra ħin ta' 21.60sec (-2.6).
B'dan il-ħin spiċċa fil-11-il post minn fost 52 atleta.
Fl-ewwel heat l-atleta mil-Bozwana, Isaac Makwaia, ġera f'kundizjonijiet aktar favorevoli u rreġistra ħin fenominali ta' 19.96sec (-0.1) wara li kien diġa rebaħ il-100m f'ħin ieħor eċċellenti ta' 10.10sec (-0.1).  
Iċ-ċampjin nazzjonali tal-100m Steve Camilleri ġera il-100m f'ħin ta' 10.99sec (0.1) waqt li Andy Grech ġera l-istess distanza fi 11.14sec.