Numru ta’ siġar indiġeni affettwati min-nirien f’Wied Gananu

Numru ta’ siġar indiġeni, fosthom siġar taż-Żnuber, Ħarruba u numru ta’ qasab fl-għelieqi ġew affettwati min-nirien li lbieraħ waranofsinhar ħakkmu Wied Gananu fil-Mosta.
Waqt li żar il-Wied, li jinsab biswit dak tal-isperanza, il-Ministru appella biex jiġu evitati ħġejjeġ f’żoni sensittivi biex ikunu evitati inċidenti bħal ma ġara f’Wied Gananu.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Herrera saħaq li f’dawn iż-żminijiet tas-sena, meta s-sħana tilħaq l-ogħla livell tagħha, huwa importanti li kulħadd jagħmel sforz akbar biex jiġu evitati inċidenti simili.
Il-Ministru Herrera temm billi ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun responsabbli għall-fawna u l-pjanti li jgħixu fil-widien u appella biex anke nirien żgħar jiġu rrapurtati b’mod immedjat lill-Protezzjoni Ċivili.
Il-Ministru Herrera, kien akkumpanjat mill-Acting CEO tal-Awtorità għall-Ambjent, id-Direttur tal-PARKS u esperti oħra.

Ritratt – DOI: Kevin Abela