Numru ta’ pajjiżi Ewropej b’lockdown

UK-lockdown-commons-
Kwh1050 - WikiCommons

Read in English.

Ristoranti, lukandi u postijiet sportivi fuq ġewwa fir-Repubblika Ċeka għandhom jerġgħu jagħlqu mill-Ġimgħa biex titrażżan iż-żieda fl-infezzjonijiet. Il-Prim Ministru tal-pajjiż Andrej Babis ħabbar dan nhar it-Tnejn.

Miżuri drastiċi simili tħabbru mill-Prim Ministru Olandiż. It-tieni lockdown restrittiv se jidħol fis-seħħ għal perjodu ta’ ħames ġimgħat.

Il-familji ġew imħeġġa ma jilqgħux aktar minn żewġ viżitaturi ta’ aktar minn 13-il sena mit-Tlieta, b’eċċezzjoni għat-tlett ijiem tal-Milied meta jkunu jistgħu jilqgħu tlieta. F’diskors lill-pajjiż, Rutte qal li filwaqt li qed nirrealizzaw il-gravità tad-deċiżjonijiet tagħna, eżatt qabel il-Milied, m’hemmx għażla oħra għajr li l-Olanda tagħmel lockdown. 

Nhar it-Tlieta, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte wkoll ħabbar li aktar restrizzjonijiet ġodda kienu meħtieġa biex tiġi evitata akkost ta’ kollox it-tielet mewġa, għaliex dan ikun devastanti, ukoll mill-perspettiva ta’ mwiet.