Numru ta’ NGOs se jkunu preżenti f’każ ta’ qtugħ tas-siġar

Tmien NGOs qed isejħu għall-appoġġ minn kull min jista’ jagħti sehmu biex jieħdu azzjoni diretta bil-preżenza diretta tagħhom fil-każ ta’ qtugħ tas-siġar f’Malta.

Fl-istqarrija l-NGOs irrimarkaw li l-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jitwaqqaf b’mod effettiv it-tneħħija ta’ aktar siġar. Huma sostnew li l-pubbliku laqa’ b’mod qawwi din l-inizjattiva u din hija biss parti minn sensiela ta’ attivitajiet immirati kontra l-qtugħ tas-siġar.

Kull min huwa interessat għandu jibgħat email fuq info@kampemergenzaambjent.org jew permezz tal-Facebook.

Fost l-NGOs hemm il-Birdlife Malta, il-Moviment Graffiti u Flimkien għal Ambjent Aħjar.