Filmat: 84 immigranti jiddaħħlu Malta

Mal-84 immigrant irregolari ddaħħlu Malta aktar kmieni dalgħodu. Hu mifhum li hemm 77 raġel u seba' nisa. Huma kienu abbord dingi ta' tmien metri b'mutur u ddaħħlu Malta permezz ta' dgħajsa tal-AFM.

L-immigranti ddaħħlu għall-ħabta tat-8:45am.

Id-dingi li kienu fuqu l-immigranti ġie interċettat għall-ħabta tas-2am, madwar 80 mil nawtiku 'l bogħod minn Malta.

L-immigranti huma ta' nazzjonalita' Niġerjana, Somala u Sirjana. Wieħed mill-immigranti għandu siequ miksura.