Numru ta’ bidliet fix-Shadow Cabinet

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel numru ta’ bidliet fix-Shadow Cabinet wara l-elezzjoni ta’ Dr Chris Said bħala s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u l-elezzjoni ta' Antoine Borg għal-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa.

Clyde Puli issa responsabbli mill-portafoll għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali.

Dr Joseph Cassar huwa issa responsabbli mill-qasam tal-Edukazzjoni.

Claudio Grech huwa issa responsabbli mis-Saħħa.

Ryan Callus huwa issa responsabbli mill-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi.

Antoine Borg huwa issa responsabbli mill-Presidenza tal-UE 2017 u l-Fondi Ewropej.

Dr Stephen Spiteri  se jiżdiedulu id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltà flimkien mal-qasam tal-Impjiegi.

Professur Albert Fenech huwa issa responsabbli mir-Riċerka u Innovazzjoni.