#numru 12 – Il-Kelma Tagħna

Huwa fatt li l-plejers tal-futbol jilagħbu tajjeb u b’qalb kbira bis-sapport tal-plejer numru 12.
Dan il-plejer huwa rappreżentat mis-sapporters li xemx u xita, kesħa u sħana, fir-rebħ u fit-telf minkejja li xi kultant mhux f’numri kbar, jkun hemm mal-plejers fil-grawnd.
#numru 12 huwa proġett b’inizjattiva ta’ madwar 70 partitarju minn 53 klabb mid-diviżjonijiet kollha Maltin u Għawdxin.
Dan il-grupp li jibda mill-grawnd u jkompli fuq is-sit soċjali ta’ facebook, għandu l-għan li minkejja d-differenzi fit-timijiet, jgħaqqad lil partitarji li għandhom komuni l-imħabba lejn il-futbol Malti.
Sfortunatament u b’weġgħa ta’ qalb meta tqabbel l-attendenzi fl-Empire Stadium l-Gzira ma’ dawk tal-lum, hemm baħar jaqsam.
Sabiex tinħoloq kuxjenza lejn min hu konċernat u qed imexxi l-futbol Malti, inħoloq #numru 12 bħala vuċi għal min tassew iħobb il-futbol Malti.
Nawguraw li inizjattiva bħal din isservi ta’ ġid f’pajjiżna.